L-Ewwel Tmiem Il-Ġimgħa tas-Sajf Bi Sħana ‘L Fuq Minn 35 Grad

 L-Ewwel Tmiem Il-Ġimgħa tas-Sajf Bi Sħana ‘L Fuq Minn 35 Grad

21 ta’ Ġunju u beda uffiċjalment l-istaġun tas-Sajf! Jidher li dan l-istaġun beda b’mewġa ta’ sħana qawwija sa mill-ewwel jiem tiegħu hekk kif it-tbassir u l-indikazzjonijiet qed juru li l-ewwel tmiem il-ġimgħa uffiċjali fis-sajf u l-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Ġunju ser ikunu jiem iddominati minn sħana qawwija li f’ċertu siegħat it-temperaturi ser jaqbżu l-35 grad celsius.

Skont l-esperti fit-temp, din hija t-tieni mewġa ta’ sħana fl-aħħar jiem, bl-ewwel waħda kienet fl-ewwel jiem ta’ Ġunju.

Jidher li dan it-tip ta’ temp u sħana qawwija normalment ikunu magħna aktar lejn nofs Lulju u Awwissu. L-Awtoritajiet tas-saħħa qed jappellaw sabiex f’ċirkustanzi bħal dawn dejjem jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha possibli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com