Malta Se Tieħu Sehem Fil-Eurovision 2023?

 Malta Se Tieħu Sehem Fil-Eurovision 2023?

Ftit tal-jiem ilu, l-EBU (European Broadcasting Union), l-organiżżaturi tal-Eurovision Song Contest ħabbru li għalkemm l-Ukrajna rebħet il-Eurovision Song Contest ta’ Mejju li għadda, l-ispettaklu kontra kif jiġri s-soltu, iġifieri li l-pajjiż rebbieħ jospita dan l-ispettaklu s-sena ta’ wara, għall-2023 din mhux ser tkun possibli. Għaldaqstant, ġie rrapurtat li l-EBU kellha tibda diskussjonijiet mal-BBC biex l-ispettaklu jiġi ospitat fir-Renju Unit.

Waqt li għaddejjien dawn id-diskussjonijiet, b’uħud jaqblu għal bidla fil-pajjiż ospitant u b’uħud le, fosthom il-Gvern Ukren li qed jgħid li din hija deċiżjoni nġusta ma’ pajjiżu, il-pajjiż l-oħra bdew jikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom.

In-Norveġja huwa l-ewwel pajjiż li kkonferma li ser jipparteċipa fil-Eurovision 2023, ikun fejn ikun. Pajjiż ieħor li kkonferma l-parteċipazzjoni huwa l-Isvezja. Fl-aħħar jiem, l-Awstrija u l-Ġermanja wkoll ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom. Skont l-ammiraturi tal-Eurovision u siti tal-aħbarijiet qed jingħad li s-Slovakkja tista’ tirritorna biex tipparteċipa fil-Eurovision Song Contest 2023. Ix-xandir tal-istat tal-Islovakkja qed jiċħad il-parteċipazzjoni, iżda siti tal-aħbarijiet qed jgħidu li d-deċiżjoni finali ser tittieħed f’Awwissu.

F’Mejju li għadda, Emma Muscat irrapreżentat lil Malta b’riżultat xejn sabiħ għal pajjiżna, għaldaqstant s’issa Malta għad ma kkonfermatx il-parteċipazzjoni uffiċjali għas-sena d-dieħla, għalkemm huwa mifhum li pajjiżna ser ikun qed jipparteċipa fl-edizzjoni tal-2023 bħalma ġara b’mod regolari sa mill-1991 ‘l hawn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com