Maltija Ta’ 92 sena, Tirbaħ Konkors Tas-Sbuħija

 Maltija Ta’ 92 sena, Tirbaħ Konkors Tas-Sbuħija

Ħafna jafu u jiftakru l-kantanta Terry Ann Bencini. Ilbieraħ ġewwa l-Imperial Home ta’ Tas-Sliem, Terry Ann Bencini, fl-eta’ sabiħa ta’ 92 sena rebħet konkors tas-sbuħija. L-esperjenza tagħha fuq il-palk waqt il-kant, bla dubju għadha tirrifleti fiha fil-kunfidenza u fil-personalita’

Il-konkors kien imtella’ mid-diretturi tal-Imperial Home bil-koordinazzjoni ta’ Alice Agius u b’produzzjoni u b’preżentazzjoni ta’ Ivan Gaffiero. Fis-serata ħadu sehem 12-il kontestanti. Terry Ann Bencini rebħet il-kategorija tan-nisa, filwaqt li Emanuel Desira rebaħ il-kategorija tal-irġiel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com