Mara Tweġġa’ Gravi Wara Li Tintlaqat Minn BMW F’Ħal Luqa

 Mara Tweġġa’ Gravi Wara Li Tintlaqat Minn BMW F’Ħal Luqa

Illum, għal xi l-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 56 sena residenti Ħal Luqa, intlaqtet minn BMW 320D li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Mosta.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com