Mark Camilleri Jerġa’ Ma Jitlax Il-Qorti

 Mark Camilleri Jerġa’ Ma Jitlax Il-Qorti

Minkejja li x-xahar li għadda il-Qorti ordnat li Mark Camilleri jersaq il-Qorti taħt mandat ta’ arrest, l-eks Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, reġa’ ma tfaċċax.

Mark Camilleri li huwa akkużat fost l-oħrajn b’theddid, kien qal li bi ħsiebu jidher quddiem il-Qorti ġaladarba inħareġ l-arrest iżda dan baqa’ ma tfaċċax fis-seduta ta’ dalgħodu quddiem il-Maġistrat Simone Grech.

Fis-seduta tal-lum il-Maġistrat żammet l-arrest ta’ Mark Camilleri miftuħ u l-kawża ġiet differita għax-xahar id-dieħel.

Preżenti għall-kawża kien hemm l-Ispettur Elton Buckingham, l-Onorevoli Cutajar u l-avukati tagħha Dr Edward Gatt u Dr Mark Vassallo.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com