Mark Camilleri Jitlob Li Tittella’ L-Evidenza

 Mark Camilleri Jitlob Li Tittella’ L-Evidenza

Ilbieraħ f’seduta fil-qorti quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, l-eks Chairman tal-kunsill Nazzjonali tal-Ktieb talab li qabel ma jixhed, titella’ l-evidenza. It-talba saret mill-avukati difensuri tiegħu.

Il-Qorti aċċettat talba minn tnejn li għamel Camilleri; biex tordna li tiġi esibita imejl dwar prenotazzjoni ta’ vjaġġ barra minn Malta li allegatament kien jinvolvi isem id-deputat Cutajar kif ukoll lis-suspettat ewlieni fil-każ ta’ Caruana Galizia, Yorgen Fenech, kif ukoll korrispondenza oħra.

Għalhekk, ordnat lill-investigatur ewlieni fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia; is-Supretendent Keith Arnaud, biex ifittex għal din l-imejl fil-bażi tad-dejta tal-każ.

Min-naħa l-oħra, il-Qorti ma laqgħetx talba oħra ta’ Camilleri biex tordna li jittellgħu ċetts bejn Yorgen Fenech u d-deputat Cutajar li jagħmlu parti mill-evidenza li nġabret fl-investigazzjoni dwar il-qtil.Il-kawża se tkompli tinstema’ f’Settembru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com