Mejju Beda Kiesaħ U Spiċċa Sħun Ħafna – Effetti Tat-Tibdil Tal-Klima?!

 Mejju Beda Kiesaħ U Spiċċa Sħun Ħafna – Effetti Tat-Tibdil Tal-Klima?!

🌼🌺 It-tielet u l-aħħar xahar tar-#rebbiegħa #meteoroloġika u l-ħames xahar tas-sena, Mejju 2022 kien xahar li beda kiesaħ ħafna (xitwi), mezzu-temp lejn nofsu u spiċċa sħun ħafna (sajfi) u matulu tkejlet ftit aktar xita mill-medja, b’diversi ġranet xemxin u oħrajn biċ-ċpar.

🌡 F’Mejju 2022 insibu li t-#temperaturi #massimi kienu madwar 0.5°C aktar #sħan mill-medja klimatika ta’ 24.4°C, filwaqt li dawk #minimi kienu ~0.6°C #ogħla mill-medja klimatika ta’ 16.3°C. L-aktar temperatura #għolja (massima) rreġistrata f’Mejju 2022 kienet 32°C fl-aħħar (31) jum tax-xahar, filwaqt li l-#inqas temperatura (minima) mkejla f’Mejju tal-2022 kienet 13°C fis-sebħ ta’ diversi jiem fl-ewwel għaxart ijiem tax-xahar..

☔️🌪⚡️ F’Mejju 2022 tkejlet #iżjed #xita mill-medja klimatika ta’ 11.5mm, li bħala medja nazzjonali ammontat għal 14.6mm (jew 127% tal-medja klimatika). Mejju 2022 kellu ħamest (5) ijiem li fihom tkejlet ix-xita, erbgħa minnhom fl-ewwel parti tax-xahar u episodju ieħor bejn is-Sibt 28/5 u l-Ħadd 29/5.
F’dan ix-xahar ġiet reġistrata #maltempata bir-#ragħad elevata, u fid-29/5 xi lokalitajiet Għawdxin irrappurtaw ftit silġ (‘hail’). Xi ġranet sebħu #mċajpra wara lejl kalm, bl-aktar għodwa mċajpra tkun dik tas-17/5 minħabba #ċpar dens minn fuq il-baħar..

🌬💨 Mejju 2022 kien xahar pjuttost #kalm, fejn ġew reġistrati biss tlett (3) ijiem b’riħ qawwi aktar minn Forza 5. L-ogħla #buffura rreġistrata kellha qawwa ta’ Forza 7 mix-#Xlokk fil-5/5..

🌊 Matul dan ix-xahar it-#temperatura tal-#baħar kompliet #togħla minn 17°C fil-bidu tax-xahar għal ~20°C sa tmiemu, iżda xorta waħda kienet madwar 1°C #inqas mill-medja staġjonali.

📊 Dawn huma t-#totali tal-ammonti ta’ #xita mkejla matul Mejju 2022 minn 24 lokalità (fil-parentesi t-totali mill-1 ta’ Sett. 2021):
𝗠𝗔𝗟𝗧𝗔
Birkirkara: 21.6mm (602.6mm)
L-Imġarr: 21.3mm (606.5mm)
Iż-Żejtun: 20.7mm (565.8mm)
Ħal Tarxien: 19.6mm (570.5mm)
L-Imsida: 18.2mm (605.9mm)
Il-Mosta: 17.6mm (632.2mm)
Ir-Rabat: 17.6mm (482.2mm)
Ħal Luqa: 17.4mm (580.4mm)
Ħaż-Żebbuġ: 15.7mm (592.2mm)
San Pawl il-Baħar: 15.3mm (704.0mm)
Ħal Lija: 14.7mm (600.0mm)
Ħal Balzan: 13.0mm (587.3mm)
Il-Mellieħa: 12.7mm (535.1mm)
Birżebbuġa: 11.2mm (456.1mm)
Iż-Żurrieq: 9.3mm (668.9mm)
Ħad-Dingli: 7.4mm (400.1mm)
Il-Qrendi: 6.9mm (545.3mm)
Il-Belt Valletta: 6.6mm (367.6mm)

𝗚Ħ𝗔𝗪𝗗𝗘𝗫
L-Għarb: 20.1mm (575.1mm)
Iż-Żebbuġ: 18.8mm (511.3mm)
Ix-Xewkija: 15.8mm (617.8mm)
In-Nadur: 10.6mm (620.2mm)
Ix-Xagħra: 8.3mm (587.5mm)
Ta’ Sannat: 8.1mm (524.7mm)

#MEDJA #MEJJU2022: 14.6mm (11.5mm*)
MEDJA mill-1 ta’ SETTEMBRU 2021: 564.5mm (562.5mm*)
(* Il-valur indikat fil-parentesi huwa l-medja tax-xhur fuq medda ta’ 100 sena)

🌦🌡〽️

📷 Maria Micallef (l/tas-Siġġiewi)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com