“Min Ma Esperjenzax Ma Jistax Jitkellem” – Claudette Abela Baldacchino Dwar L-Emendi Tal-IVF
“Żammejt kwieta u fis-silenzju f’dan id-dibattitu dwar l-emendi l-ġodda tal-IVF. Żammejt pass lura għax għedt ħa nagħti ċans lil ħaddiehor jitkellem u jesprimi ruħu. Imma l-kuxjenza mhux tħallini kwieta. Min ma esperjenzax ma jistax jitkellem.”
Hekk kitbet fuq il-midja soċjali tagħha Claudette Abela Baldacchino dwar il-kwistjoni tal-IVF fejn saħqet li min qed jitkellem u m’għaddhiex minnha jista’ jagħti palata imma xorta ma jafx x’jiġiferi.
“Ngħid ħaġa waħda biss…wasal iż-żmien li Malta tagħmel ġustizzja ma dawk li jridu li jkollhom it-tfal u li kull trattament li hemm bżonn jagħmluh f’pajjiżna mhux inkomplu nkabbrulhom il-problema… jien -aħna nafu x’jigifieri.. u grazzi għax-xjenza uliedi se jagħlqu 6 snin… huma ulied Malta anke jekk kellna mmorru barra”, temmet tgħid Claudette.
Intom x’taħsbu dwar dan?