Nirien Kbar Fil-Qala – In-Nar bela’ kulma Sab Quddiemu

“Għadni kemm kellimt lill-bdiewa tal-Qala Għawdex, imbikkma bid-devastazzjoni tan-nirien li belgħu siġar, ħxejjex u annimali. Hemm bżonn nuru solidarjeta bil-fatti magħhom u ngħinuhom b’kumpens dirett tal-ħsarat biex mill-aktar fis ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jitimgħu lill-familji tagħhom u lilna lkoll.”
Hekk kiteb Peter Agius fuq il-midja soċjali tiegħu fejn appella lill-Ministru Anton Refalo biex id-dipartiment tal-Agrikoltura fix-Xewkija jilqa’ immedjatament l-istimi tal-ħsarat b’mod li tkun tista’ tiġi determinata l-għajnuna possibli, anke minn fondi Ewropej.