Possibbiltà Li L-Eurovision Song Contest 2023 Isir Fl-Ingilterra

 Possibbiltà Li L-Eurovision Song Contest 2023 Isir Fl-Ingilterra

L-EBU ħabbret li qed tiddiskuti u tara l-possibbiltajiet kollha biex il-Eurovision Song Contest 2023 isir fl-Ingilterra u mhux f’post ir-rebbieħa; l-Ukrajna.

Dan wara li saret evalwazzjoni tas-sigurtà tal-post peress li għadha għaddejja l-invażjoni mir-Russja fl-Ukrajnau bla dubju, ħareġ li l-post diffiċli biex ikun sigur sas-sena d-dieħla anke minħabba bosta preparazzjonijiet li jibdew eżattament wara li jgħaddi kull festival.

Żiedu jgħidu li r-rebħa Ukrena se tkunu mogħtija importanza fl-ispettaklu tal-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla, isir fejn isir.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com