Preparamenti Għall-Għanja Tal-Poplu 2022 (Is-46 Edizzjoni)
Is-serata finali ta’ L-Għanja tal-Poplu 2022 se ssir nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Paul Abela.
Is-sittax-il kanzunetta finalista ntgħażlu minn 131 kanzunetta li daħlu għal din l-edizzjoni.
Il-ġurija din is-sena se tkun komposta minn ġurija popolari kif ukoll minn ġurija esperta. Il-premjijet speċjali se jiġu deċiżi mill-ġurija esperta.
Minn din is-sena, il-premju għall-aħjar interpretazzjoni se jibda jissejjaħ ‘Premju Enzo Gusman għall-Aħjar Interpretazzjoni’. Is-sinjura Carmen Gusman iltaqgħet mal-membri tal-kumitat u kienet kuntenta ħafna b’din id-deċiżjoni u wriet ix-xewqa li dan il-premju jibqa’ jingħata kull sena.
Matul Lulju se jibdew jidhru s-song videos tal-kanzunetti fuq it-televiżjoni u fuq il-media soċjali u Youtube. Barra minn hekk, il-kanzunetti se jkunu ppublikati fuq Spotify, Itunes u platforms mużikali oħra.
Tony Camilleri (l-Għannej) se jkun il-mistieden speċjali u Valerie Vella se tkun qed tippreżenta din is-serata ġewwa Pjazza Teatru Rjal. Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn www.ticketline.com.mt.
Iktar informazzjoni tinsab fuq is-sit www.ghanjatalpoplu.org
Il-Kanzunetti ta’ l-Għanja tal-Poplu 2022 fl-ordni ta’ kif se jitkantaw fis-serata finali:
Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur, Kompożitur)
Qalb ta’ Qalbi – Mark Spiteri Lucas (Mark Spiteri Lucas)
Xemgħa – Mireille Rose Borg (Philip Vella)
Illejla – Neville Refalo (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
Intbaħt – Ryan Grech (Ryan Grech, Ryan Grech u Matteo Depares)
Il-Ħuta l-Kbira – Sarah Micallef Muscat (Rita Pace, Augusto Cardinali)
Ismi – Marija Bellia (Iona Dalli u Marija Bellia)
Festa tal-Kartapesta – Daniel Sammut (Alfred C.Sant, David Joseph Sammut)
Klikk – Dominic Cini (Etienne Micallef, Dominic Cini)
U Ijwa – Eliana Gomez Blanco (Etienne Micallef, Eliana Gomez Blanco)
Bejn il-Ħbieb – Graziana (Kevin Tanti, Chan Vella)
Fil-Kexxun – Alexia Micallef (Lon Kirkop)
Ħelu Manna – MARA (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)
Mhux Biċ-Ċajt! – Rita Pace u Tikka Banda (Rita Pace, Luke Vella)
Kont Barrani – Martina Fenech u Esther Spiteri (Etienne Micallef, Mark Spiteri Lucas)
Mr X – Philip Vella (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)
Ma’ Kull Sekonda – Karen DeBattista u Dan (Paul Ellul, Karen DeBattista)
Is-46 edizzjoni tal-festival qed tittella’ mill-għaqda L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal. L-Għanja tal-Poplu hu megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.