Raġel Bi Ġrieħi Gravi F’Inċident F’Birkirkara

 Raġel Bi Ġrieħi Gravi F’Inċident F’Birkirkara

Fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, għall-ħin tal-kwarta, il-Pulizija kienu msejjħa jassistu f’inċident tat-traffiku fi Triq in-Naxxar, Birkirkara. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Yamaha misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti Ħ’Attard u Toyota Ractis misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti Tal-Pieta’.


Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com