Raġel Iweġġa’ Gravi Fil-Mellieħa

 Raġel Iweġġa’ Gravi Fil-Mellieħa

llum, għall-ħin tal-kwarta ta’ wara nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Dawret it-Tunnara, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ħaddiem mill-Mali ta’ 28 sena, waqt li kien qiegħed iħaddem scammell, għal xi raġuni, idu nqabdet fil-makkinarju tat-trakk. Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u
ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

 

Ritratt mill-Arkivji

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com