Raġel Iweġġa’ Gravi Wara Li Waqa’ Minn Gallarija Fl-Imsida

 Raġel Iweġġa’ Gravi Wara Li Waqa’ Minn Gallarija Fl-Imsida

Illum, għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq C. De Brocktorff, l-Imsida.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Eritrean ta’ ta’ 35 sena residenti l-Imsida, waqa’ għoli ta’ madwar sular minn gallarija.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com