Raġel Jaqa’ Minn Fuq Sellum Fi Triq Rudolfu F’Tas-Sliema

Illum, għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata millAwtoritajiet tas-Saħħa li għal xi nofsinhar, kien iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara waqgħa.
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel, li għandu 42 sena u residenti l-Imqabba, kien qiegħed jaħdem f’binja fi Triq Rodolfu f’Tas-Sliema, u waqa’ minn fuq sellum, madwar sular għoli.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.