Rajt X’Kitbu Tal-Ġilju Tal-Imqabba Fl-Ispettaklu Tan-Nar?
L-istaġun tal-festi beda sew u kulħadd huwa tal-fehma li wara l-pandemija l-festi tradizzjonali Malti qed jirritornaw bil-kbir. Spiritwalita’, Devozzjoni, Purċissjonijiet, Baned, Marċi, Brijju, Armar u ħafna aktar.
Ma’ dawn inżidu l-ispettakli tan-nar li huma sinonimi mal-festi Maltin u Għawdxin. Kull festa bil-popolarita’ u bit-timbru tagħha, iżda żgur li meta ssemmi n-nar, ma tistax ma tiftakarx fir-raħal tal-Imqabba.
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fl-Imqabba ġiet iċċelebrata l-festa tal-Madonna tal-Ġilju. Waqt l-ispettaklu tan-nar ta’ lejliet il-festa, nhar is-Sibt 18 ta’ Ġunju, ħafna nnutaw il-kitba bin-nar ”The Show Must Go On”.
Ara l-mument x’ħin saret din il-kitba bin-nar:
Filmat meħud mill-paġna ta’ facebook ta’ ”Mill-festi Tradizzjonali Maltin”
Ritratt meħud mill-paġna ta’ facebook ”Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju – Mqabba”