Rebbieħa tal-Eurovision Ukrena, F’Pajjiżna Biex Tiċċelebra L-Paċi
Jamala, il-kantanta Ukrena li rebħet il-Eurovision fl-2016 bil-kanzunetta 1944, ser tkun f’pajjiżna fit-8 ta’ Lulju għall-avveniment li ser jiċċelebra l-paċi. ”ONE LOVE…CELEBRATING PEACE” huwa avveniment fil-miftuħ mtella’ mill-Malta Enterprise.
Jamala, kellha titlaq mill-Ukrajna minħabba l-kunflitt li għaddej bħalissa. Permezz tal-mużika tagħha, Jamala mill-bidu tal-invażjoni ‘l hawn, daret diversi pajjiżi sabiex twassal il-messaġġ u l-appell tagħha.
Segwi lil Jamala fil-Eurovision Song Contest tal-2016 hawn:
”ONE LOVE…CELEBRATING PEACE” ser ikun b’risq ċittadini Ukreni li qed jaslu Malta f’dawn iż-żminijiet kif ukoll b’risq il-bini ta’ skola sekondarja fl-Etijopja b’memorja ta’ Rebecca Zammit Lupi tfajla ta’ 15-il sena li mietet b’kanċer rari.
Għal aktar informazzjoni dwar dan l-avveniment tista’ żżur: https://www.visitmalta.com/…/one-love-celebrating-peace/