Ser Tirritorna L-Birgu By Candle Light

 Ser Tirritorna L-Birgu By Candle Light

Waħda mill-aktar attrazzjonijiet popolari fil-Kottonera, b’mod partikolari fil-Belt tal-Birgu, bla dubju hija l-Birgu By Candle Light.

Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, fuq il-paġna ta’ facebook ‘Birgu Fest’ ġew imħabbra d-dati ta’ ritorn għal din l-attivita’ tant popolari. Birgu Fest huma jiem t’attivitajiet kontinwi li ma jinkludux biss il-Birgu By Candle Light, iżda aktar minn hekk.

Birgu Fest 2022 ser jiġi mtella’ fis-7,8 u 9 ta’ Ottubru li ġej, bl-attivita’ popolari tax-xemgħat tkun is-Sibt 8 t’Ottubru filgħaxija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com