Sewwieq Ta’ Mutur Bi Ġrieħi Serji

 Sewwieq Ta’ Mutur Bi Ġrieħi Serji

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta u nofsta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Vjal Ragusa, il-Mosta.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Herald Maverick misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Imġarr u karozza Mercedes Benz, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 28 sena, residenti l-Mosta.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com