Sirjan Li Kiser Il-Bon Ordni U Saq B’Mod Traskurat Jingħata L-Ħelsien B’Kundizzjonijiet

Sirjan ta’ 26 sena tressaq b’arrest fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-għassa Dr. Bridgette Sultana u kien akkużat li f’Marsalforn, ikkaġuna ġrieħi gravi fuq Sirjan ieħor u ġrieħi ħfief fuq mara u raġel mill-Polonja.
Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-bon ordni u b’sewqan b’mod traskurat.
Wieġeb mhux ħati tal-akkużi u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizjonijiet.