Tgħumux Quddiem Is-Suncrest U L-Qawra Palace Hotel – Żbroff Tad-Drenaġġ

 Tgħumux Quddiem Is-Suncrest U L-Qawra Palace Hotel – Żbroff Tad-Drenaġġ

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba żbroff tad-drenaġġ bejn C30 Concrete patch fit-tmiem tal-mogħdija bejn Suncrest u Qawra Palace Hotel (quddiem Triq ir-Rizzi) u C31 Quay Cens tal-Gebel quddiem id-dar imsemmija Summer place. Tabelli li jindikaw dan l-għeluq ġew imwaħħla fiż-żona kif indikat fil-mappa annessa. Bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona. L-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:30 ta’ filgħodu sat-3:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected], [email protected] u [email protected].

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Il-pubbliku jista ukoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook

http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626  jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx   għal informazzjoni simili.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com