Tliet Rumeni Kkundannati 54 Xahar Priġunerija Kull Wieħed U Multa Ta’ €10,000

 Tliet Rumeni Kkundannati 54 Xahar Priġunerija Kull Wieħed U Multa Ta’ €10,000

Tlitt irġiel mir-Rumanija, ta’ 54, 40 u 39 sena rispettivament, li jiffurmaw parti minn grupp ta’ ċirku ta’ kriminalità organizzata internazzjonali ta’ ‘pickpocketing’, illum ġew ikkundannati kull wieħed minnhom għal piena ta’ 54 xahar priġunerija u kif ukoll multa ta’ €10,000.

Huma nstabu ħatja li wettqu dawn ir-reati fis-26 ta’ Ġunju 2021 fuq karozza tal-linja f’TasSliema; fit-30 ta’ Ġunju 2021, fuq karozza tal-linja bejn il-Belt Valletta u San Ġiljan; fid-9 ta’ Lulju 2021, fuq karozza tal-linja bejn ir-Rabat u l-Belt Valletta; fil-11 ta’ Lulju 2021, fuq karozza tal-linja bejn il-Mellieħa u l-Qawra; fil-15 ta’ Lulju 2021 fuq karozza tal-linja bejn il-Belt Valletta u Tas-Sliema; u fl-20 ta’ Settembru 2021, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Minbarra l-akkużi ta’ serq, ir-Rumeni nstabu ħatja wkoll ta’ ħasil ta’ flus.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Dr Francesco Refalo u Dr Jake Darmanin mill-Uffiċju talAvukat Ġenerali, assistiti mill-Ispetturi Shawn Pawney, Ton Joe Farrugia u Jonathan Ransley

Il-Pulizija arrestat tlitt irġiel mir-Rumanija ta’ 54, 40 u 39 sena rispettivament, li jiffurmaw parti minn grupp ta’ ċirku ta’ kriminalità organiżżata internazzjonali li jwettaq serq magħruf bħala ‘pickpocketing’. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li l-grupp ta’ kriminali jmorru fejn ikun hemm postijiet iffullati, l-iktar fuq karozzi tal-linja sabiex jużaw ir-rassa bħala għodda u jisirqu l-vittmi tagħhom.

Permezz tal-kunċett ta ‘Intelligence-Led-Policing’, il-Korp tal-Pulizija qiegħed ikun pro-attiv f’dawn it-tip ta reati. L-investigazzjonijiet tmexxew b’mod konġunt bejn diversi Branki Speċjaliżżati u Distretti. Minn dawn l-investigazzjonijiet irriżulta li s-suspettati allegatament wettqu s-serq f’Malta fi ftit jiem matul ix-xhur tas-sajf illi għadda u telqu immedjatament għal pajjiż ieħor.

Permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ pajjiżi barranin, flimkien mal-Europol u l-Interpol, irriżulta li l-persuni ilhom iwettqu dawn ir-reat f’diversi pajjiżi fl-Ewropa li jattiraw turisti mill-2010. L-‘Intelligence-Led-Policing’ wassal biex ikun magħruf li l-irġiel kienu se jerġgħu jiġu Malta tTnejn illi għadda waranofsinhar b’titjiera minn Budapest fl-Ungerija. Fl-ajruport, il-Pulizija osservawhom jaqbdu karozza tal-linja, segwewhom sa lukanda f’San Ġiljan u ġew arrestati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com