Tlitt Irġiel Iweġġgħu F’Argumenti Separati F’ San Ġiljan

 Tlitt Irġiel Iweġġgħu F’Argumenti Separati F’ San Ġiljan

Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsillejl neqsin kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn irriżulta li kien qam argument bejn tlitt irġielu wieħed kien telaq minn fuq il-post.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet liż-żewġt irġiel, it-tnejn Franċizi u għandhom 61 u 58 sena rispettivament, l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, irraġel ta’ 61 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.

Minn investigazzjoni li saret, il-Pulizija stabbiliet fejn kien mar ir-raġel l-ieħor involut u fi ftit ħin ġie arrestat. Ir-raġel, li huwa Pollakk u għandu 36 sena, qiegħed jinżamm fil-lock-up talPulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.

F’ każ separat, illum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, waqt li l-Pulizija kienet fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan, inotat raġel mal-art b’xi ġrieħi.

Għalhekk, fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel, li għandu 26 sena u residenti l-Marsa, l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċeritifikat bi ġrieħi serji.

Mill-investigazzjonijiet li saru irriżulta li l-vittma kien involut f’argument waqt li kien ġo stabbiliment fl-istess triq.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com