Xita Ta’ Messaġġi Ta’ Kuraġġ Għal Francesca – Kemm Hu Sabiħ Li Ngħinu Flok Ngħidu Bin-Nies

 Xita Ta’ Messaġġi Ta’ Kuraġġ Għal Francesca – Kemm Hu Sabiħ Li Ngħinu Flok Ngħidu Bin-Nies
“Nixtiequ nirringrazzjaw lil “Mary ta’ Grezzju Florist” ta’ Ħaż-Żabbar li poġġew bukkett fjuri sabiħ quddiem il-Madonna tal-Grazzja fis-Santwarju Żabbari b’dedika għas-saħħa ta’ Francesca.”
Hekk kiteb l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Vatikan Frank Zammit li bħalissa għaddejja minn programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga fi ħdan il-Caritas.
“Nirringrazzjawkom għall-eluf ta’ messaġġi li rċeviet bintna Francesca. Nirringrazzjawkom għat-talb li sar u li qed isir favur Francesca anke fi knejjes f’New Jersey fl-Istati Uniti, fil-Kanada, fl-Awstralja u f’Malta u Għawdex. Ħallejtuna bla kliem”, saħaq Zammit.
Kemm hu sabiħ li tara dan is-sens ta’ solidarjetà f’ mumenti bħal dawn. Huma ferm isbaħ u bżonnjużi milli wieħed iqasqas fuq dak u fuq l-ieħor għaliex ikun imqarraq il-bniedem li jaħseb li hu qatt mhu se jiġrilu xejn.
Ejjew nuru veru l-ispirtu nisrani ta’ pajjiżna u ningħaqdu meta meħtieġ flok nippuntaw biex ngħattu tagħna.
Kuraġġ Francesca. Warajk.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com