Żelqet Waqt Li Kienet Miexja U Weġġgħet Gravi

 Żelqet Waqt Li Kienet Miexja U Weġġgħet Gravi

It-Tlieta filgħaxija, għall-ħin tad-disgħa, il-Pulizija ntalbet biex tassisti fi Triq is-Sur, il-Fgura, minħabba li kien għadu kemm seħħ inċident. Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li tfajla ta’ 13-il sena żelqet waqt li kienet miexja b’konsegwenza li weġġgħet ma’ grada tal-ħadid ta’ residenza privata.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku ssejħu fuq il-post sabiex jassistu
lit-tfajla li nqabdet mal-grada u sofriet xi ġrieħi. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet ċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin

 

Ritratt mill-arkivji

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com