Żewġ Persuni Bi Ġrieħi Gravi F’Inċident Tat-Traffiku

 Żewġ Persuni Bi Ġrieħi Gravi F’Inċident Tat-Traffiku

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija kienu mitluba jassistu f’inċident tat-traffiku fi Vjal ir-Riħan, San Ġwann.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn BMW i3s misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti n-Naxxar u VW Polo misjuqa minn mara ta’ 29 sena residenti l-Iklin. Malimpatt bejn iż-żewġ karozzi, waħda minnhom marret fuq il-karreġjata l-oħra u seħħ impatt ma’ mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 51 sena residenti s-Swieqi.

Ix-xufier tal-mutur u l-mara ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi.

Raġel ta’ 40 sena residenti San Ġwann li kien passiġġier fil-VW Polo u x-xufier tal-BMW ma sofrewx ġrieħi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com