𝗟-𝗨𝗳𝗳𝗶𝗰̇𝗰̇𝗷𝘂 𝗠𝗲𝘁𝗲𝗼𝗿𝗼𝗹𝗼𝗴̇𝗶𝗸𝘂 𝗠𝗮𝗹𝘁𝗶 J𝗮𝗴ħ𝗹𝗮𝗾 100 𝘀𝗲𝗻𝗮

 𝗟-𝗨𝗳𝗳𝗶𝗰̇𝗰̇𝗷𝘂 𝗠𝗲𝘁𝗲𝗼𝗿𝗼𝗹𝗼𝗴̇𝗶𝗸𝘂 𝗠𝗮𝗹𝘁𝗶 J𝗮𝗴ħ𝗹𝗮𝗾 100 𝘀𝗲𝗻𝗮
📓 L-ewwel osservazzjoni tat-temp f’Malta ġiet reġistrata propju 100 sena ilu, fl-10 ta’ Lulju 1922
🏬 L-ewwel binja minn fejn opera dan l-uffiċċju kienet fil-Pietà, bl-isem ‘Blackley’s’
🇲🇹 Aktar tard l-uffiċċju meteoroloġiku mexa lejn il-Belt Valletta
💣 Waqt żmien il-gwerra, dan ix-xogħol ta’ reġistru kompla jsir anke minn taħt l-art
🎈 Minn sit fil-Qrendi kienet tittajjar bużżieqa kbira li fiha kien ikollha strumenti biex tinġabar informazzjoni dwar l-atmosfera
🗼 Għal xi żmien l-uffiċċju meteoroloġiku kien jopera mit-torri tal-kontroll
🛫 F’dawn l-aħħar 25 sena l-operat isir minn ħdan sezzjoni viċin l-ajruport internazzjonali ta’ Malta f’Ħal Luqa
✈️ Dan l-uffiċċju jipprovdi informazzjoni kull nofs siegħa lill-ajruplani msejħa METARS
🚦 Dan l-uffiċċju jipprovdi wkoll tbassir anke marittimu, twissijiet, statistika u informazzjoni utli lill-pubbliku ġenerali kollu.
Ritratti u informazzjoni grazzi għal Saviour Porter
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com