Angelina, It-Tifla Ukrena Li Nġiebet Malta Biex Tfieq

Puttinu Cares illum, fl-ewwel jum ta’ Lulju, awguraw lil Angelina, it-tifla Ukrena li bil-ġenerożita’ u bil-qalb tajba tal-Maltin u Għawdxin, inġiebet Malta biex tkompli bit-trattament tagħha. Illum Angelina qed tiċċelebra għeluq is-7 snin tagħha.
Skont Puttinu Cares, Angelina sejra ‘l quddiem u tajjeb ħafna fit-trattament li qed tingħata. F’Rainbow ward ġie organiżżat festin għat-tfal kollha bil-għajnuna ta’ Fenton u Jays of Sunshine.
Ritratt: Facebook ta’ Puttinu Cares