Anzjan Isofri Ġrieħi Gravi

 Anzjan Isofri Ġrieħi Gravi

Illum, għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident ġewwa il-Bajja tal-Qarraba, l-Imġarr.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 66 sena residenti Tas-Sliema weġġa’ wara żelaq waqt li kien miexi waħdu fuq il-blat u waqa’.

Hu ngħata l-assistenza mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com