Bħal-Lum Twieled Nazju Falzon
Fl-1 ta’ Lulju tal-1813, kien twieled Nazju Falzon li għex ħajja rtirata fl-eżerċizzju tal-virtujiet bħala kejriku sekulari. Huwa twieled fil-Belt Valletta.
Missier Nazju kien l-Avukat Ġużeppi li wara laħaq Imħallef.
Nazju Falzon kien jemmen fil-konverżjoni tal-Ingilterra għar-reliġjon Kattolika u għalhekk, iddedika ħajtu għall-konerżjoni tas-suldati Ingliżi li kienu jservu f’Malta.
Falzon ikkonverta aktar minn 600 membru tas-Servizzi Ingliżi li wara kienu jitgħammdu. Miet fl-1 ta’ Lulju tal-1865. Fit-12 t’April tal-1904 bdiet il-kawża għall-beatifikazzjoni tiegħu. Il-kawża tiegħu damet sospiża s-snin, sakemm fit-23 ta’ Ottubru tal-1987, il-Kongregazzjoni għall-Kawża tal-Qaddisin ippublikat id-digriet dwar il-virtujiet eroiċi tiegħu.