BIL-FILMAT: Kanzunetta Ġdida Minn Red Electric

 BIL-FILMAT: Kanzunetta Ġdida Minn Red Electric

Fix Of You’ hija l-kanzunetta l-ġdida tal-grupp popolari Red Electric u ġiet imnedijja f’nofsillejl fuq il-pjattaformi tal-istreaming tal-mużika. Il-kanzunetta ġiet miktuba fis-sajf tal-2021, waqt wieħed mill-ħafna vjaġġi ddedikati għal kitba tal-mużika li l-grupp stess organiżża għalihom infushom tul dawn l-aħħar sentejn.

Bejn lockdown u ieħor il-grupp xtaq jitlaq minn Malta għal ftit żmien biex ibiddlu x-xenarju u wieħed mill-vjaggi wassalhom f’Air BnB xejn lussuża ġewwa Barking f’Londra. Il-kitarrist Pete jgħidilna ”Ma stajna naffordjaw xejn aħjar imma fl-istess ħin xtaqna li noħorgu miż-żona ta’ kumdita’ tagħna. Armajna l-apparat fis-salott u bil-ħoss tas-sireni għaddejjin barra. Imma naħseb il-fatt li konna x’imkien differenti għenitna biex noħolqu xi ħaġa li probabbli ma konniex noħolqu kieku konna Malta’’.

Lirikament ‘Fix of You’ titkellem dwar meta jkollok vizzju u dipendenza lejn relazzjoni tossika jew sitwazzjoni u s-sensazzjoni li tagħtik dik il-persuna għalavolja tkun taf ir-riskji. Il-kantant Joe Roscoe jghid ‘’Ridt nitkellem b’mod dirett dwar kif thossok, dwar kif meta tiġri wara dik is-sensazzjoni il-ħin kollu imma taf li fl-aħħar mill-aħħar mhux ser tagħmillek l-ebda ġid’’.

Segwi hawn il-vidjo mużikali:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com