Bil-Filmat: Tingħata Bidu L-Festa Ta’ San Gejtanu Fil-Ħamrun

 Bil-Filmat: Tingħata Bidu L-Festa Ta’ San Gejtanu Fil-Ħamrun

Il-Festa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun hija waħda mill-festi kbar f’pajjiżna. Illejla ngħatat bidu għall-festa 2022 wara nuqqas ta’ sentejn bil-ħruġ min-niċċa tal-istatwa tal-qaddis padrun tal-Ħamrun.

Meta l-Ħamrun kiber ħafna, iż-żewġ knejjes antiki li kien hemm, dik tas-Samra u dik ta’ Nuzzu, ma kienux biżżejjed għall-ħtiġiet tan-nies, u għalhekk bdiet tinbena knisja ġdida li, fuq xewqa ta’ l-isqof ta’ dak iż-żmien, Mons. Gaetano Pace Forno, ġiet dedikata lil San Gejtanu ta’ Thiene.

Il-knisja bdiet tintuża fl-1875 u saret knisja parrokkjali 1881. Ġiet ikkonsagrata fis-26 ta’ Settembru 1930.

Awguri lill-Ħamruniżi kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com