“Fl-Eqqel Tas-Sajf … Jaħsbu Li Jkun Opportun Tagħlaq Triq Arterjali Lejn Il-Belt Valletta”
“Possibbli? Bħall-maġġoranza assoluta tal-poplu, illum ninsab iddiżgustat fuq “ġennata” ta’ dil-kwalità. Għax m’ hemmx aġġettiv aqwa minn “ġennata” biex tiddeskrivi deċiżjoni bħal din.” Hekk kiteb Jason Micallef fuq il-midja soċjali tiegħu b’referenza għall-għeluq tat-triq ewlenija li twasslek għall-Belt Valletta mill-bieraħ sal-11 ta’ Awwissu li ġej.
Spjega kif li kieku din it-triq ma setgħetx tistenna u li kieku kienet ta’ periklu serju għas-sewwieqa, kien b’xi mod jifhimha, iżda mhux il-każ.
“Għalhekk “ġennata” mill-kbar, u l-ebda apoloġija lejn il-poplu, il-ħaddiema, is-sewwieqa ma tiġġustifika nuqqas gravi bħal dan. L-affarijiet ma jsirux hekk.”, tenna Micallef.
Intom x’taħsbu dwar dan?!
Ritratt: The Malta Independent