Formola Volontarja Għar-Reġistrazzjoni Ta’ Maltin Li Jgħixu Barra Minn Malta

 Formola Volontarja Għar-Reġistrazzjoni Ta’ Maltin Li Jgħixu Barra Minn Malta

Huwa stmat li fid-dinja hawn qrib il-miljun persuna Maltija jew ta’ dixxendenza Maltija jgħixu fuq medda ta’ ħames kontinenti. Il-firxa tal-Maltin tkopri persuni ta’ kull età u tirrifletti l-għaqal, il-bżulija u s-sens ta’ integrazzjoni li l-Maltin dejjem ħaddnu matul iż-żmien.

Kien għalhekk li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jixtieq li jkabbar il-konnettività tiegħu mal-Maltin li jgħixu barra minn Malta bit-tnedija ta’ formola volontarja bl-isem ‘Persuni ta’ Valur – Nagħtu valur lill-ħidma tagħna flimkien’ bil-għan li jħajjar membri tad-dijaspora Maltija li għandhom x’joffru f’termini ta’ esperjenza miksuba minn xogħolhom biex jirreġistraw l-interess tagħhom u jikkollaboraw mal-Gvern Malti f’ħidmiet varji li jkunu qed isiru għat-tisħiħ ta’ Malta b’mod globali.

Professjonisti, ħaddiema tal-id, negozjanti, sportivi, artisti u missjunarji, fost l-oħrajn, huma mħeġġa jirreġistraw id-dettalji tagħhom mal-ministeru billi jaċċessaw il-formola onlajn fuq https://foreign.gov.mt/formv.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com