Ftehim Bejn Ir-Russja U L-Ukrajna Dwar L-Esportazzjoni Tal-Qamħ

 Ftehim Bejn Ir-Russja U L-Ukrajna Dwar L-Esportazzjoni Tal-Qamħ

Hemm tama li l-prezzijiet tal-ikel jorħsu hekk kif intlaħaq ftehim bejn ir-Russja u l-Ukrajna biex joħorġu mill-portijiet Ukreni madwar 20 miljun tunnellata qamħ. Kienet it-Turkija li ħabbret kif irnexxielha tqarreb liż-żewġ pajjiżi biex jilħqu ftehim li permezz tiegħu r-Russja tippermetti bastimenti joħorġu mill-Ukrajna bil-qamħ.

L-Ukrajna hija waħda mill-ikbar esportaturi tal-qamħ fid-dinja imma r-Russja kienet qed timblokka l-portijiet tagħha fil-Baħar l-Iswed. Dan kollu wassal għal nuqqas ta’ qamħ madwar id-dinja b’konsegwenza li għolew il-prezzijiet tal-ikel madwar id-dinja.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com