Għada L-Bajja Tar-Rnella Se Tkun Magħluqa

 Għada L-Bajja Tar-Rnella Se Tkun Magħluqa

Il-Kunsill Lokali Kalkara ħabba li għada l-Ġimgħa 15 ta’ Lulju, l-għawm u l-parkeġġ fil-bajja tar-Rnella ser ikun ristrett minħabba ħruq ta’ nar tal-ajru tal-festa.

F’ċertu ħinijiet anke mhux ser ikun permessibli, speċjalment fiż-żona tal-blat, in-naħa ta’ Bighi. In-nar huwa skedat li jinħaraq għal ftit minuti fit-8am u f’12pm.

Mis-7:30pm ‘l quddiem tiżdied is-sigurta’ u l-bajja u ż-żona ta’ Rnella ser ikollha aċċess limitat. Pulizija ser ikunu fiż-żona.

Il-Kunsill Lokali qed jitlob il-kooperazzjoni kemm mill-Kalkariżi u kemm minn dawk li jżuru din il-bajja/żona u skużaw ruħhom għal kull inkonvenjent li seta’ nqala’.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com