Għoti Tad-Demm Fi Tmiem Ir-Raba’ Ġimgħa Ta’ Lulju
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fi tmiem il-ġimgħa u fil-jum tat-Tlieta li ġej jista’ jsir: fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ Kuljum (7 t’ijiem fil-ġimgħa nkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8am sas-6pm, fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 24 ta’ Lulju mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun fi Pjazza Medjatriċi, maġenb il-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żabbar u fil-Berġa tax-Xewkija li nhar it-Tlieta 26 ta’ Lulju ser tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mis-1pm sal-5pm.
Dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti. Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa. Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.