Gordon Bonello Mhux Se Jippreżenta t-Tieni Staġun Ta’ Malta’s Got Talent

Il-Personalita’ televiżiva li fl-ewwel staġun ta’ Malta’s Got Talent fuq TVM rajnih jippreżenta, Gordon Bonello, għat-tieni staġun ser ikun qed ipoġġi fuq wieħed mis-siġġijiet tal-ġurija. Dan ifisser li Gordon mhux ser ikun qed jippreżenta dan il-programm li mistenni jibda jintwera mill-iskeda ta’ Ottubru fuq TVM
F’filmat qasir li ġie ppublikat fuq il-paġna ta’ facebook ta’ Malta’s Got Talent, Gordon ġie introduċut bħala t-tielet ġurat. Id-diskussjoni ‘online’ u anke fost l-ammiraturi ta’ dan il-programm issa bdiet fuq min ser ikun jew tkun il-preżentatur jew preżentattriċi għat-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent. Nistennew ftit jiem oħra…