Ħaddiem Iweġġa’ Serjament Fiż-Żurrieq

 Ħaddiem Iweġġa’ Serjament Fiż-Żurrieq

Raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara li weġġa’ f’inċident fuq il-post tax-xogħol.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa neqsin kwart ta’ waranofsinhar, f’impjant fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel inqabad f’makkinarju li kien qed jaħdem bih.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com