Il-Ftira Għawdxija Mill-Ħanut tal-Maypole Fix-Xewkija

Maypole ħabbru l-bejgħ ta’ ftira Għawdxija li tkun magħmula mill-għaġina tal-ħobż. Din il-ftira ser tinbiegħ mill-Ħanut tax-Xewkija billi tordnaha minn qabel b’telefonata fuq 22581573.
Hemm 3 togħmiet differenti minn fejn tagħżel:
- Ftira l-antika bit-tonn u l-inċova
- Ftira tal-irkotta u l-ġbejniet
- Il-Ħanina Ftira biz-zalzett Malti, pepperoni u faqqiegħ etc.
Qed jingħata flixkun tal-litru Coca jew Coca zero ma’ kull Ftira Għawdxija mill-ħanut ta’ Maypole fix-Xewkija. Din l-offerta tibqa’ tingħata sakemm jispiċċa l-istokk.
Għalhekk anke għal-Maltin li sejrin Għawdex ta’ min iżur il-ħanut ta’ Maypole fix-Xewkija fejn minn hemm tista’ tieħu kafè u tixtri xi pasta wkoll.