Il-Ġappun Joqtol Lir-Raġel Li Qatel 7 Persuni Lura Fl-2008

Il-Ġappun qatel ir-raġel ta’ 39 sena li lura fl-2008, kien qatel 7 persuni f’Tokyo. Tomohiro Kato kien wettaq att orribbli. Kellu 25 sena meta wettaq dan kollu fejn primarjament, saq trakk għal fuq il-bankina ta’ post kummerċjali bl-isem ta’ Akihabara u qatel tlieta.
Kien ukoll qatel 4 u weġġa’ tmienja b’sikkina u nqabad mill-pulizija fejn ammetta l-akkużi kontrieh. Kien qal li kien irrabjat minħabba ‘online bullying.’
Dan il-każ qajjem ħafna diskussjoni dwar is-saħħa mentali u l-effett fuqha minħabba l-pjattaformi onlajn.