Il-PN Jesprimi Solidarjetà Mal-Pazjenti Tal-Onkoloġija

OLYMPUS DIGITAL CAMERA
Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tiegħu għas-Saħħa l-Onorevoli Stephen Spiteri, jesprimi solidarjetà mal-pazjenti tal-Onkoloġija li ġew affettwati mill-ħsarat tekniċi fl-apparat li jintuża’ fit-trattament tar-radjoterapija fl-Isptar Mater Dei. Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li għandu jsir l-investiment kollu meħtieġ u pjan ta’ kontinġenza biex inċident bħal dan ma jerġax jirrepeti ruħu.
Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista jappella mill-ġdid lill-Gvern biex jagħmel dak kollu possibli ħalli s-servizz jerġa’ jibda mill-iktar fis u b’hekk tkun assigurata l-aqwa kwalità ta’ kura u servizzi tas-saħħa li jistħoqqlu l-poplu Malti u Għawdxi.