Il-Popolazzjoni F’Malta Qabżet In-Nofs Miljun Ruħ

 Il-Popolazzjoni F’Malta Qabżet In-Nofs Miljun Ruħ

Fl-2021 il-popolazzjoni ta’ Malta laħqet il-520,971. Dan ifisser li mill-2012 ‘l hawn, il-popolazzjoni ta’ Malta kważi żdiedet b’100 elf ruħ.

Iż-żieda fil-persuni li twieldu fil-pajjiż naqset minn 712 fl-2012 għal 232 fl-2021. Din kienet l-inqas żieda msejħa naturali reġistrata fl-aħħar 10 snin.

Il-migrazzjoni reġgħet żdiedet u s-sena li għaddiet ġew 4,639 iktar milli telqu. Fil-fatt waqt li daħlu Malta 18,148 persuna emigraw mill-pajjiż 13,509 persuna.

Dan it-tagħrif inħareġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Popolazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com