Ilbieraħ Ivvutaw 27.1% Tal-Kunsillieri Tal-Kunsill Ġenerali Eleġibbli Fi Ħdan Il-Partit Nazzjonalista
Sa tmiem it-tieni sessjoni ta’ votazzjoni bikrija fl-elezzjoni għall-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, li lbieraħ saret f’Malta u f’Għawdex, ivvotaw total ta’ 27.1% tal-Kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali eleġibbli.
Is-Sibt li ġej, 30 ta’ Lulju, il-votazzjoni se tinżamm bejn it-tmienja ta’ filgħodu (8am) u l-erbgħa ta’ waranofsinhar (4pm) f’Malta u bejn it-tmienja ta’ filgħodu (8am) u s-siegħa ta’ waranofsinhar (1pm) f’ Għawdex.
Il-votazzjoni f’Malta qed tinżamm fid-Dar Ċentrali u f’Għawdex fis-Sub-Headquarters tal-Partit f’Ta’ Sannat.