Iljieli Melleħin, Fl-aħħar ‘Weekend’ Ta’ Lulju

 Iljieli Melleħin, Fl-aħħar ‘Weekend’ Ta’ Lulju

Iljieli Melleħin 2022 – tlett ijiem ta’ festa għall-familja kollha li jinkludu mużika, kultura, storja, spettaklu u divertiment fiż-żewġ pjazez prinċipali tal-Mellieħa. Esperjenza unika fejn wieħed jista’ jgawdi il-karatteristiċi li l-lokalita’ tal-Mellieħa biss toffri.

Attivita’ organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u d-dħul huwa b’xejn.

Iljieli Melleħin 2022 jibdew il-Ġimgħa, 29 ta’ Lulju 2022 fit-8.00 ta’ filgħaxija, bil-parteċipazzjoni ta’ Deejay JJOY għall-ftuħ ta’ din l-attivita’. Wara jsegwu l-band ta’ KLINSMANN għall-spettaklu live rock sal-11.00 ta’ filghaxija. Għeluq  b’wirja ta’ ħruq tal-logħob tan-nar mill-Għaqda tan-Nar Maria Bambina, Mellieħa.

F’Misraħ iż-Żjara tal-Papa II, se tittella’ serata t’Għana Maltija u makkjetti minn diversi għannejja popolari.

Is-Sibt 30 u l-Ħadd 31 se jkunu organizzati diversi attivitajiet għat-tfal f’Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II, kif ukoll se jkun hemm il-mużewijiet u postijiet ta’ kultura, miftuħin sa tard filgħaxija. Dawn jinkludu fost l-oħrajn is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, u x-Xelters tat-Tieni Gwerra Dinija.

Iljieli Melleħin 2022 ikomplu is-Sibt, 30 ta’ Lulju 2022 mis-7:30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem:

Kulħadd huwa mistieden jilbes kostum ta’ Disney u jieħu sehem għall-parata spettakolari li se tibda minn Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fis-7.30 ta’ filghaxija,  bit-tema ta’

Disney Parade bil-parteċipazzjoni ta’ studenti mill-iskola taz-zfin,  Artemocion Dance and Leisure Studio u l-pubbliku in ġenerali.

L-Għaqda tan-Nar Maria Bambina, bil-għajnuna tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jorganizza BBQ fil-miftuħ f’Misraħ il-Parroċċa. Din hija opportunita’ fejn wieħed jista’ jgawdi l-ispettaklu minn bilqiegħda waqt li jduq l-ikel ippreparat apposta għall-okkażjoni. L-ispettaklu jikkonsisti minn wirja ta’ talenti minn Tamara Vella and Dance Group u wara jsegwu Artemocion Dance and Leisure Studio. Il-Grupp  JAMM BAND ikompli bil-parteċipazzjoni ta’ Thea, Ishmael u l-finalisti ta’ X-Factor Malta Drakard u Lisa Gauci. Għeluq  b’wirja ta’ Ħruq tal-logħob tan-nar mill-Għaqda tan-Nar Maria Bambina, Mellieħa.

Fil-Bitħa tas-Santwarju mis-7.30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem wirja ta’ artigjanat u arti minn diversi artisti fosthom Art Club 2000 u wirja medjevali minn Project Lazarus Malta. Fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa ser jittella’ kunċert vokali mill-Kor tal-Għaqda Mużikali Imperial, Kor tas-Societa’ Filarmonica La Vittoria u il-Kor tas-Santwarju Madonna tal-Mellieħa.

Iljieli Melleħin 2022 ikomplu l-Ħadd 31 ta’ Lulju 2022 mit-8.00 ta’ filgħaxija ‘l quddiem:

F’Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II programm u animazzjoni għat-tfal bil-parteċipazzjoni ta’ Artemocion Dance and Leisure Studio, Alfred the magician u b’diversi Mascots b’karattri għat-tfal.

Fil-Bitħa tas-Santwarju wirja ta’ arti u artiġjanat lokali.

F’Misraħ il-Parroċċa  wirja ta’ talenti minn Artemocion Dance and Leisure Studio u jsegwu b’kunċert live pop, The Palace String Orchestra bil-parteċipazzjoni ta’ Megan Caruana, Gaia Cauchi, Neville Refalo u Keith Zammit Mintoff. Għeluq  b’wirja ta’ Ħruq tan-Nar  mill-Għaqda tan-Nar Maria Bambina, Mellieħa. Għeluq  b’wirja ta’ Ħruq tal-logħob tan-nar mill-Għaqda tan-Nar Maria Bambina, Mellieħa.

Għall-iktar informazzjoni u għall-programm dettaljat tistgħu żżuru s-sit www.mellieha.gov.mt jew il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/melliehalocalcouncil

Iljieli Melleħin 2022 qed isiru bil-kollaborazzjoni u s-sapport tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u tar-Reġjun Tramuntana.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com