Illejla Jippreżenta Għall-Ewwel Darba Fuq It-Televiżjoni, Joseph Agius

 Illejla Jippreżenta Għall-Ewwel Darba Fuq It-Televiżjoni, Joseph Agius

Joseph Agius miż-Żejtun forsi ser ikun wiċċ ġdid għat-televiżjoni Maltija imma ilu mdaħħal fix-xena tal-midja u l-ispettaklu għal xi żmien fejn anke pproduċa diversi produzzjonijiet u anke ħadem bħalha attur.

Huwa wieħed mill-kittieba tal-programm popolari ‘Min Imissu’ li jinżel tajjeb ferm mat-telespettaturi.

Illejla, Joseph se jippreżenta l-ewwel darba fuq it-televiżjoni fejn se jwassal il-Programm tas-Sajf INDIGO fuq ONE.

Fost il-mistiedna ser ikollu lil Fabian Scerri De Carlo u Romina Darmanin dwar is-serjè popolari Gawdenz, kif ukoll lill-mudella ċkejkna Francesca Rausi.

Miegħu ser jingħaqad ukoll Joseph Chetcuti li ser jitkellem fuq Brillanti u anke Brandon Terribile fuq il-programm ‘Tonight’.

Il-produzzjoni tal-programm Indigo hija f’idejn Wayne Aquilina.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com