Illum Jgħalaq L-Ewwel Ġimgħa Ta’ INDIGO, Clifford Galea

 Illum Jgħalaq L-Ewwel Ġimgħa Ta’ INDIGO, Clifford Galea

Illejla tasal fi tmiemha l-ewwel ġimgħa tal-programm sajfi INDIGO fuq ONE. Il-preżentazzjoni se tkun f’idejn Clifford Galea li għalkemm ilu fix-xandir sa minn meta kellu 13-il sena, dan ser ikun l-ewwel ‘magazine programme’ li se jkun qed jippreżenta.

Fost il-mistiedna ser ikun hemm kuratur minn Heritage Malta fejn ta’ kull ġimgħa, ser ikunu diskussi s-siti uniċi ta’ wirt u storja li nsibu f’pajjiżna. Jonathan Pace ser jitkellem dwar il-Food Festival u se jkun hemm ukoll mistiedna mil-Lifelong Learning, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Maratona Oħloq Tbissima li dalwaqt tkun magħna wkoll.

Mhux inqas, ir-regatta tat-tfal li se terġa’ ssir wara sentejn assenti minħabba l-pandemija. Titilfux dan il-programm illejla fil-17.00.

Id-direzzjoni hija f’idejn Wayne Aquilina.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com