Illum Tinħass 41°C – Evitaw Ix-Xemx Diretta

It-temp illum ġeneralment xemxi u sħun..
Ir-riħ ħafif (F2-3) mill-Punent (W) li jdur Majjistral (NW) u jitqawwa (F4-5) tard mal-jum u matul il-lejl..
Il-baħar ġeneralment ħafif.
L-ogħla temperatura llum: 36°C; l-inqas illejla: 25°C.
Tinħass: 41°C | 24°C
Indiċi UV: 11
Ritratt mill-isbaħ miġbud riċentament minn viċin ix-Xatt l-Aħmar fil-limiti t’Għajnsielem f’Għawdex, grazzi għal Robert Magro