Inċident Tat-Traffiku Fil-Mosta
Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident fi Triq Valletta, il-Mosta.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ġuvni ta’ 24 sena residenti Ħaż-Żebbuġ tilef il-kontroll tal-Mazda li kien qed isuq, bil-konsegwenza li ħabat ma’ xi ħitan ta’ residenzi privati. Fil-vettura kien hemm ukoll ġuvni ieħor ta’ 24 sena residenti ż-Żurrieq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għal kura, fejn aktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.