Inċident Tat-Traffiku F’San Ġiljan

 Inċident Tat-Traffiku F’San Ġiljan

Ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tas-siegħa u nofs, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li seħħ impatt bejn mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 76 sena residenti Ta’ Xbiex u karozza Mazda misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti San Ġiljan.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com